Ta' kull sena, propju fit-8 ta' Dicembru, il-Bormlizi jiccelebraw bil-kbir il-festa titulari tal-Parrocca. Ic-celebrazzjonijiet interni jkun mifruxa fuq medda ta' gimgha u nofs. Dan ghaliex propju fit-28 ta' Novembru ta' kull sena, wara l-quddiesa tas-6.00 p.m. li tkun bis-sehem ukoll tal-Kor Parrokjali "TOTA PULCHRA", isir il-hrug trijonfali tal-vara ta' Marija Immakulata min-nicca fejn tkun tista titgawda matul il-bqija tas-sena, li tinsab fuq il-lemin ta' l-artal maggur.
L-ghada, fil-hinijiet bikrija ta' fil-ghodu, propju fis-5.45am tibda n-novena li tkun bil-priedka. Ghalkemm issir fil-ghodu kmieni, hija haga sabiha ferm li tara l-Knisja ippakjata bin-nies. Fil-weekend ta' din il-gimgha u l-ahhar jum tan-novena, li jahbat fis-7 ta' Dicembru, din il-quddiesa tigi ccelebrata fis-7.00am.
Fil-ghaxijiet sas-6 ta' Dicembru, issir kuljum ic-celebrazzjoni maghrufa fostna l-Bormlizi bhala s-"Salve". Din tkun tikkonsisti f'quddiesa, li kuljum jiehu sehem grupp jew ghaqda differenti, u wara l-quddiesa, l-qassis li l-ghada jkun se jaghmel in-novena, jmexxi din ic-celebrazzjoni billi l-ewwel titkanta s-Salve Regina, Antifona, Tantum Ergo u fl-ahhar innu lil Marija Immakulata.
F'dawn iz-zminijiet, issir ukoll it-Tifkira ta' l-Inkurunazzjoni, li propjament saret fil-25 ta' Gunju! Din it-tifkira issir il-Hadd ta' qabel il-festa u l-muzika tkun ta' Mro. Carlo Diacono. F'kaz li fil-festa jidhlu zewgt ihdud din it-tifkira ssir dejjem fl-Ewwel Hadd.
Lejlet il-Festa ikun hemm it-Translazzjoni Solenni tar-Relikwa li fiha jiehu sehem il-Kapitlu tal-Kolleggjata. Fiha wkoll isir il-kant fuq muzika tas-Surmast Carlo Diacono li tkun taht id-direzzjoni tar-Rev. Dun Gwann Galea.
Ovvjament, il-qofol ta' kollox ikun il-Jum tat-8 ta' Dicembru, Jum l-Immakulata, jum li fih, fl-1854, il-Beatu Papa Piju IX ipproklama d-Domma ta' l-Immakulata. Fil-ghodu fit-8.00a.m. jkun hemm quddiesa li tkun immexxija mill-Arciprieti tal-Kottonera li fiha wkoll jiehdu sehem diversi sacerdoti u religjuzi Bormlizi. Fid-9.30a.m. jkun hemm il-Quddiesa l-Kbira li tkun imexxija mill-Kapitlu tal-Kolleggjata u li fiha jsir il-panegirku. Fil-ghaxija, wara l-Kant tal-vespri, tibda hierga l-purcissjoni fit-toroq ta' Bormla, bl-istatwa tant ghaziza ghalina!
Id-dhul lura fil-Knisja huwa mument li jqabbdek il-bard. Il-Bormlizi maghrufa hafna ghal dan il-mument, fejn fi knisja mimlija bin-nies isir l-kant ta' l-Antifona u wara l-vara tiddahhal lura taht il-mant!